Stħarriġ doppju: Partit Laburista b’distakk sostanzali fuq il-Partit Nazzjonalista

Read in English.

Żewġ stħarriġ tal-opinjoni pubblika maħruġa fil-gazzetti tal-Ħadd, ġimgħa qabel l-elezzjoni tal-parlament Ewropew u l-kunsilli lokali, jaslu għal riżultati simili.

Għalkemm ippreżentati fi stil differenti l-istħarriġ tas-Sunday Times u t-Torċa juru li l-Partit Laburista għadu qed iżomm pożizzjoni b’saħħitha fil-konfront tal-Partit Nazzjonalista.

Skont is-Sunday Times, il-Partit Laburista qed igawdi vantaġġ kbir fuq il-Partit Nazzjonalista iżda d-distakk naqas f’dawn l-aħħar xhur. Skont stħarriġ magħmul mill-Misco, 55 fil-mja se jivvutaw għal Parti Laburista mqabbel mal-40 fil-mija tal-Partit Nazzjonalista.  F’Marzu li għadda, f’stħarriġ simili, il-Partit Laburista kellu appoġġ ta’ 59 fil-mija u l-Partit Nazzjonalista b’37 fil-mija.

Skont dawn il-figuri il-Partit Laburista hu mistenni li jirbaħ erba’ siġġijiet li l-istħarriġ jgħid li jistgħu jkunu Miriam Dalli, Alfred Sant, Alex Agius Saliba u Josianne Cutajar.

Waqt li għal Partit Nazzjonalista Roberta Metsola mistennija żżomm is-siġġu tagħha waqt li David Casa u Frank Psaila jissieltu għat-tieni siġġu.

L-istħarriġ l-ieħor tat-Torċa juru li l-Partit Laburista se jirbaħ b’distakk ta’ 19.6 fil-mija, jiġifieri żieda ta’ aktar minn ħamsa fil-mija mill-aħħar elezzjoni.

Fl-elezzjonijiet tal-parlament Ewropew ras-2014, il-Partit Laburista rebaħ b’53 fil-mija kontra l-40 fil-mija tal-Partit Nazzjonalista.

Il-Partit Laburista mistenni jżomm distakk ta’ 8.2 fil-mija  fuq l-aħħar elezzjoni. It-tbassir tal-Torċa jgħid li 56.9 fil-mija se jivvotaw Partit Laburista  bil-Partit Nazzjonalista jiksbu 37.3 fil-mija.