​Stħarriġ: 1 minn kull 5 Maltin ħassew uġigħ fil-ġimgħa ta’ qabel

L-ewroparlamentari Laburista Alfred Sant qal li huwa favur li tittieħed azzjoni minn gvernijiet u istituzzjonijiet Ewropej dwar l-impatt soċjali tal-uġigħ. Huwa qal dan waqt laqgħa ta’ esperti fil-qasam tal-uġigħ li ltaqgħu f’Malta għas-Simposju 2017.
Fid-diskors tiegħu, Dr Sant ikkwota stħarriġ tal-Kummissjoni Ewropea li sar fost il-Maltin, fejn instab li wieħed minn kull ħamsa qalu li ħassew uġigħ fil-ġimgħa ta’ qabel ipparteċipaw fl-istess stħarriġ.
Semma kif hawn madwar 100 miljun ċittadin Ewropew ibatu minn uġigħ fl-għadam jew fil-muskoli u dan jikkawża madwar 50% tal-assentejiżmu fuq il-post tax-xogħol għal tlett ijiem jew aktar.
Kompla jgħid li l-uġigħ jitfa’ piż tqil fuq il-ħajja privata tal-individwi u jwassal għal spejjeż kbar fil-qasam tas-saħħa kif ukoll fuq is-soċjetajiet u l-ekonomiji.