Steward Health Care bi pjan għal żvilupp fi Sptar San Luqa

Read in English.

Nhar l-Erbgħa, Steward Health Care issottometta l-applikazzjoni lill-Awtorità tal-Ippjanar biex jiżviluppa mill-ġdid il-Kampus tal-Isptar San Luqa.

Steward Healthcare ħabbar li dan l-iżvilupp se jkun qed iżid l-aċċessibiltà għall-ispazji miftuħa u l-ġonna li hemm. Dan se jkun qed isaħħaħ ukoll l-għaqda fil-komunità billi se jkunu integrati flimkien id-daħla ewlenija u l-Pjazza ta’ San Luqa. Se jkun inkorporat ukoll parkeġġ fuq il-post.

Fi stqarrija, l-uffiċjali ta’ Steward qalu li l-iżvilupp se jinkludi wkoll analiżi tas-sit eżistenti u l-kundizzjonijiet tal-bini. Se ssir ukoll reviżjoni għal opportunitajiet ta’ servizzi kliniċi.

L-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex

Steward Healthcare qal li għaddejjin pjanijiet għall-isptar il-ġdid għal kura akuta u dan se jinkludi espansjoni tan-numru ta’ soddod, stabilixxar ta’ servizzi ta’ kura waqt kriżi, l-inkorporazzjoni tat-teknoloġija, u helipad.

B’referenza għas-sottomissjoni tat-tweġiba għall-ittra tal-iscreening tal-Awtorità tal-Ippjanar, Steward Healthcare qal ukoll li l-isptar Ġenerali ta’ Għawdex se jkun irrinnovat u trasformat f’ċentru ambulatorju biex jikkumplimenta l-isptar il-ġdid għal kura akuta.

Kemm l-isptar il-ġdid kif ukoll l-isptar Ġenerali ta’ Għawdex se jkunu magħquda ma’ Barts Medical School.