Steward bl-ewwel applikazzjoni għall-iżvilupp tal-Isptar San Luqa

Steward Health Care

Read in English.

Il-kumpanija Steward Health Care Malta ssottomettiet Outline Development Application għall-Isptar San Luqa.

Fi stqarrija, Steward qalet li għamlet dan ilbieraħ wara disa’ xhur ta’ ppjanar u laqgħat.

Steward kienet qalet li kkonkludiet ix-xiri tal-Isptar San Luqa fi Frar tal-2018. Il-kumpanija tmexxi wkoll l-isptarijiet Karin Grech u ta’ Għawdex.

Steward qalet li l-bini preżenti se jinbidel f’ambjent modern b’enfażi fuq rekwiżiti kliniċi, aċċess għall-pazjenti, u l-promozzjoni tas-saħħa.

Il-President ta’ Steward Malta Dr Nadine Delicata qalet li l-żvilupp huwa mibni fuq il-qawmien sħiħ tal-bini tal-isptar San Luqa.

Steward qalet li tinsab eċitata li tibda tiżvela l-pjanijiet tagħha għall-proġett tal-isptar aktar wiesa’ fil-ġimgħat li ġejjin.