Stevie Camilleri jiffirma mill-ġdid ma’ AS Roma

FB: Stevie Camilleri

Stevie Camilleri se jkun qed jirritorna mat-tim AS Roma Nuoto, fl-Italja. Dan it-tim jikkompeti fl-għola diviżjoni tal-waterpolo. Din se tkun it-tielet sena konsekuttiva ta’ Camilleri li mindu beda l-karriera tiegħu ma’ dan it-tim, irnexxielu dejjem ikun l-aqwa skorer.

Il-klabb annunċja l-kuntratt il-ġdid fuq is-sit uffiċjali tat-tim, fejn qal li mhux biss andu abbiltà ferm tajba biex jiskurja, iżda impressjona wkoll mill-att umanitarju.

L-aħħar żewġ staġuni ta’ Camilleri kienu tajbin ħafna. Hu kien pedina importanti fejn għen lit-tim jiġi promoss għad-diviżjoni A1 billi skurja 70 gowl fl-ewwel staġun. Is-sena loħra, ingħaqad miegħu ħuħ, Jordan Camilleri. Iżda s’issa għadu mhux magħruf hux se jkun qed jerġa’ jingħaqad ma’ ħuħ din is-sena.