Steve x’se jmur jagħmel għand Bella?

Episodju ieħor mis-sensiela Sorelle jixxandar illum fl-3.40pm fuq TVM. Illum niskopru lil min ċemplet il-Maġġur Naomi Bonaci? … x’qaltlu? Qabel magħha jew le?

Steve imur fid-dar ta’ Bella… x’se juriha u x’se jgħidilha? Għaliex se jkun aggressiv magħha u se jgħajjarha giddieba? X’se ssib imwaħħal mal-bieb tagħha? Angela tmur il-ħanut ta’ Doris biex tixtri. X’se tgħidilha Doris li tant tfixkilha u tispiċċa ma tixtri xejn?

Għaliex Angela qed tibża’ u Bella x’se tgħidilha xħin iċċempliilha?

Dan l-epsiodju jkollu repetizzjoni llejla fuq TVM fil-11.30pm u nhar it-Tnejn fis-6.15am. Il-puntati kollha ta’ ġimgħa sħiħa jixxandru għada s-Sibt mis-1pm ‘il quddiem fuq TVM2.

Sorelle għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta’ Rewind.