Sterling b’inizjattiva għat-tfal ta’ raħal twelidu

Raheem Sterling mar lura fejn kien qatta’ tfulitu biex jilgħab bil-ballun mat-tfal tal-lokal. Il-plejer tat-tim nazzjonali Ingliż twieled fi Brent u dejjem ħolom li jilbes il-flokk bl-arma tat-Tliet Iljuni fuq sidru.

Issa qed jispera li jispira lit-tfal tal-lokal biex jagħmlu bħalu. Hu daħal fi sħab ma’ Nike u l-awtoritajiet tal-lokal biex jipprovdu servizz ta’ coaching fl-iskejjel.

F’riklam li għamlu biex jippromovu dan, Sterling jiftaħ billi jgħid li “meta tkun tifel veru fuq ruħek minn Brent, tispiċċa tagħmel affarijiet li mhux suppost tagħmel.” Sterling li għandu 25 sena jħares lura lejn l-iskola u l-grawnds fejn tgħallem jilgħab il-futbol meta kien żgħir.