Stephen Smith mixli li għamel ħsara fuq il-karozza ta’ Manuel Mallia

Is-sewwieq li kien involut fl-isparatura mill-eks xufier tal-eks Ministru Manuel Mallia, tressaq il-Qorti akkużat li għamel ħsara fuq il-karozza ministerjali u li saq taħt l-influwenza tal-alkoħol.
Madanakollu, Stephen Smith qed jgħid li dakinhar tad-19 ta’ Novembru, mhux vera li kiser regolamenti tat-traffiku u li hedded pulizija.
Wara l-inċident u l-isparatura, Smith ittieħed l-għassa ta’ San Ġiljan fejn irrifjuta jagħmel it-test tal-breathalyser iżda mbagħad għamlu fl-għassa tal-Imsida u hemmhekk irriżulta fil-pożittiv. 
Smith qal ukoll li qatt ma basar li x-xufier kien pulizija u li hu ħarab minn fuq il-post tal-inċident meta Sheehan ħareġ il-pistola.