Stennija medja ta’ 5 sigħat fl-Emerġenza – Fearne

Read in English.

Meta wieħed imur fid-Dipartiment tal-Emerġenza, l-istennija medja sakemm jingħata sodda f’ward hija dik ta’ madwar ħames sigħat. Dan qalu l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne hu u jwieġeb mistoqsija parlamentari tad-deputat Claudette Buttigieg.

Fearne qal li filwaqt li fl-2013, il-medja tal-ħin ta’ stennija sabiex issir il-vista mit-tabib u t-testijiet neċessarji fid-Dipartiment tal-Emerġenza kienet ta’ 13-il siegħa, bħalissa din l-istennija niżlet għal madwar ħames sigħat.

Buttigieg kienet talbet lill-Ministru sabiex jikkjarifika l-ħin medju ta’ stennija fl-emerġenza sena b’sena. Hi żiedet tgħid li dan il-ħin jibda minn meta l-pazjent jidħol fid-Dipartiment tal-Emerġenza sakemm tinstablu sodda f’waħda mill-wards bejn l-2013 u l-2018.

Aqra: Kemm tista’ ddum ipparkjat quddiem l-emerġenza ta’ Mater Dei?