​Stennija kbira bejn l-Arġentina u l-Belġju

Il-kowċ Arġentin Sabella jidher li għal-logħba tal-lejla se jibda lil Lavezzi u lil Di Maria.
Għall-Arġentina se jkun hemm nieqes Rojo li huwa skwalifikat u postu se jieħdu Basanta.
Minn naħa l-oħra l-kowċ Belġjan Wilmots se jibda lil Lukaku mill-bidu u jħalli lil Origi fuq il-bank.
Lukaku se jilgħab wara t-tliet attakanti Hazard, Mertens u De Bruyne.
Iż-żewġ timijiet iltaqgħu fil-passat, fl-edizzjoni tal-1982 fi Spanja, meta l-Belġju kienu ħarġu rebbbieħa fil-fażi tal-gruppi b’gowl ta’ Vandenbergh.
Fl-edizzjoni tal-1986 fil-Messiku, iż-żewġ timijiet iltaqgħu fis-semifinali, fejn dakinhar Diego Armando Maradona kien skurja doppjetta kontra l-Belġju ta’ Vincenzo Scifo.
Wara dik is-semifinali, l-Arġentina kienu rebħu t-tieni Tazza tad-Dinja għalihom kontra il-Ġermanja.
Il-kwarti tal-finali tal-lejla bejn l-Arġentina u l-Belġju tibda fis-6pm u se tintlagħab fl-Istadjum Nazzjonali ta’ Brasilia.