Stennija għas-sistema l-ġdida tal-Apple – IOS7

Nhar l-Erbgħa li ġej, 18 ta’ Settembru l-klijenti tal-Apple li għandhom Iphone 4, Ipad u Ipod se jkunu jistgħu iniżżlu s-sistema l-ġdida tal-Apple IOS7.

Din is-sistema se jkollha disinn kompletament ġdid, aktar modern u b’aktar minn 200 karatteristiċi ġodda.

L-Apple qalu li meta l-klijenti tagħhom iniżżlu din is-sistema l-ġdida se jkunu qishom għandhom apparat ġdid.