Stennija għas-sentenza ta’ Pistorius

Fl-Afrika t’Isfel u fid-dinja tal-isport hemm stennija għas-sentenza ta’ Oscar Pistorius mill-Qorti – l-atleta li x-xahar li għadda nstab ħati tal-qtil bi żball tat-tfajla tiegħu, imma mhux ħati ta’ qtil premeditat.
Minkejja l-verdett, l-Imħallef illum se tisma’ xhieda oħra u argumenti legali u allura mhux bil-fors tinħareġ is-sentenza llum stess.
Pistorius qed jiffaċċja sa massimu ta’ 15-il sena ħabs. Minn meta l-Imħallef tat il-verdett tagħha, l-atleta kien fuq libertà proviżorja.