Stennija għar-regatta

It-tmienja ta’ Settembru hija assoċċjata mal-avveniment tradizzjonali tat-tlielaq tar-Regatta li ilha sseħħ b’mod professjonali mill-1955.

Ir-Regatta hija avveniment li jsir darbtejn fis-sena fil-31 ta’ Marzu f’Jum il-Ħelsien u fit-8 ta’ Settembru f’Jum il-Vitorja. Ir-regatta f’Marzu tfakkar it-tluq tat-truppi Ingliżi minn Malta fl-1979.

Ir-regatta ta’ Jum il-Vitorja tfakkar it-tmiem tat-Tieni Gwerra Dinjija fl-1565, it-tmiem tal-Franċiżi f’Malta fl-1800 kif ukoll it-tmiem tar-reġim faxxist Taljan fl-1943, li dan kien ifisser it-tmiem tal-bombardament mill-Italja fuq Malta.

Dawn it-tlielaq idumu madwar erba’ sigħat fid-dawra tal-Port il-Kbir. Il-bliet u l-irħula li jieħdu sehem huma Bormla, il-Birgu, l-Isla, il-Kalkara, il-Marsa, il-Belt Valletta u Birżebbuġa. B’kollox jieħdu sehem f’10 tiġrijiet li jinqassmu f’żewġ kategoriji li huma l-frejgatini, kajjikki u d-dgħajjes tal-pass u tal-midalji.

Fi tmiem ta’ kull tellieqa, l-ewwel tliet postijiet jingħataw il-punti u fi tmiem ir-regatta dawn il-punti jingħaddu u jitħabbar ir-rebbieħ. Il-lokalità rebbieħa tingħata l-Aggregrate Shield.

Fil-passat id-dgħajjes kien ikollhom bnadar żgħar marbutin magħhom bien jintgħarfu, maż-żmien iżda d-dgħajjes inżebħu bil-kuluri tradizzjonali assoċċjati mal-lokalità. Dawn huma; Birżebbuġa: aħmar, abjad u blu, Bormla: ikħal, Kalkara: aħdar, Marsa: aħmar u blu, il-Belt Valletta: isfar, l-Isla: aħmar u isfar u l-Birgu: aħmar.

Kull min jixtieq jaqra iktar dwar ir-regatta jista’ jagħmel dan billi jżur is-sit elettroniku ta’ SportMalta.