Filmat: Laqgħa storika bejn żewġ Papiet f’Castelgandolfo

Wara titjira ta’ għoxrin minuta bil-ħelikopter, aktar kmieni llum waranofsinhar il-Papa Franġisku wasal f’Castelgandolfo fejn intlaqa’ mill-Papa Emeritu Benedettu Sittax. Kien hemm ukoll preżenti l-Arċisqof ta’ Albano Marcello Semeraro. Huma qabdu karozza lejn il-Palazz Appostoliku biex b’hekk għall-ewwel darba fl-istorja riċenti tal-Knisja, Papa kellu l-opportunità li jiltaqa’ mal-predeċessur tiegħu. Dan wara li Joseph Ratzinger fil-11 ta’ Frar li għadda kien ħabbar li se jirriżenja minn Papa.

Wara diskussjonijiet bejniethom għal madwar 45 minuta, il-Papa Franġisku u l-Papa Emeritu, it-tnejn lebsin bl-abjad, kielu flimkien.

Sa issa l-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan għadu ma ħareġ l-ebda filmat uffiċjali ta’ din il-laqgħa straordinarja bejn żewġ iż-żewġ Papiet. Il-filmat anness jinsab fuq Youtube.

Ħalli l-kummenti tiegħek hawn taħt.