Filmat: L-akbar ballun tan-nar ma jiħux kif mistenni

 

Illejla kellu jinħaraq l-akbar ballun tan-nar f’Malta, però jidher illi l-ispettaklu ma rnexxiex kif mixtieq.

Fuq Facebook, il-paġna The Malta Records qalet li l-ballun ħa fil-kanna.

The result for the attempt record of the biggest shell of balls.Please note that this record was not achieved due to a…

Posted by The Malta Records on Friday, August 24, 2018

Il-ballun bl-isem ta’ Shell of Shells huwa xogħol il-Kamra tan-Nar tas-Soċjetà Santa Katerina taż-Żurrieq. Inħaraq minn fuq il-baħar permezz ta’ barkun 3.3 kilometri ‘l bogħod mix-xatt ta’ Wied iż-Żurrieq u 3.3 kilometri ‘l bogħod minn Filfla. F’Ġunju, il-Fondazzjoni Valletta 2018 qalet li l-ballun tan-nar li kien se jinħaraq ma kienx possibbli li jinħaraq minħabba raġunijiet marbuta ma’ sigurtà relatati mal-post.

Ilbieraħ BirdLife Malta qalet li tinsab preokkupata dwar il-ballun tan-nar għax sostniet li se jaffettwa l-Filfla, inkluż tliet siti ta’ Natura 2000. Ftit sigħat wara l-Ministru għall-Ambjent Josè Herrera serraħ ras l-ambjentalisti li l-aspetti ambjentali kollha kienu kkunsidrati.