Stennija għad-diskors tal-President tal-Korea ta’ Fuq

KCNA via REUTERS

Il-Mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong Un mistenni jagħmel diskors tal-Ewwel tas-Sena li mistenni jitfa’ dawl fuq direzzjoni ġodda li ħalef li jieħu jekk l-Istati Uniti ma’ tilħaqx il-mira stabbilita li trattab il-posizzjoni tagħhha dwar it-de-nuklejarizzazzjoni.

Id-diskors tal-ewwel tas-sena ta’ Kim Jong Un hu mistenni li jkopri numru ta’ kwistjonijiet ġeopolitiċi u żviluppi militari kif ukoll l-ekonomija u l-edukazzjoni. 

Fid-diskors tiegħu għas-sena li għaddiet, Kim Jong Un kien qal li jista’ jkun li jkollu il-via li qabad jekk l-iStati Uniti tibqa’ mal-kampanja ta’ pressjoni u tibqa’ titlob azzjonijiet unilaterali, apparti l-ħtieġa li tħares lejn ekonomija li tkun tista’ toqgħod fuq saqajha fid-dawl tas-sanzjonijiet.