Mhux waħdek jekk bla risposta dwar iċ-ċekk tal-Gvern

Jidher li bħalissa t-telefonati fuq il-Freephone 153 ta’ servizz.gov żdiedu ferm iktar mill-medja ta’ 45,000 fix-xahar. Għalhekk xi klijenti qed ikollhom jistennew biex it-telefonata tingħata l-attenzjoni meħtieġa fejn jidħlu mistoqsijiet dwar rifużjonijiet ta’ taxxa.

Fi stqarrija, Servizz.gov skuża ruħu għal dan l-inkonvenjent u qal li l-aġenzija qed tagħmel dak kollu possibbli biex is-servizz jerġa’ jiġi lura għan-normal. Servizz.gov qed jitlob lill-klijenti tiegħu biex isegwu l-istruzzjonijiet mogħtija mill-Freephone 153 biex ikunu jistgħu jinqdew fl-iqsar żmien possibbli.