‘Stennewha ġejja’ – Ferris

Read in English.

L-eks spettur Jonathan Ferris qal lin-nies jistennew xi ħaġa ġejja.

Fuq Facebook, l-eks spettur tal-pulizija u espert ta’ kontra l-ħasil tal-flus Jonathan Ferris wiegħed li jpattiha lil dawk kollha li għamlulu l-ħsara.

L-eks spettur li kien jispeċjalizza fil-kriminalità ekonomika ġie trasferit lejn l-aġenzija tal-gvern ta’ kontra l-ħasil tal-flus (FIAU) bħala espert tal-ħasil tal-flus.

Meta kien jaħdem mal-FIAU tkeċċa qabel ma spiċċalu l-probation. Meta talab biex jerġa’ jissieħeb mal-Korp tal-Pulizija t-talba tiegħu ġiet miċħuda.

Fil-Qorti, Ferris kien qal li l-Ministeru għall-Intern talab “dettalji sensittivi” dwar każ li kien qed jinvestiga. Ferris qal li qatt ma seta’ jagħmel ħaġa bħal din.

Fuq post fuq Facebook Ferris qal li se jiftaħ il-kanuni tiegħu fuq dawk kollha li tradewh u li għamlulu l-ħsara.

“Stennew għaliha…ġejja!!!! Qatt ma ddiżappuntajt nies u dejjem żammejt kelmti,” temm jgħid Ferris.