Filmat: Taħseb li l-Maltin tilfu l-fiduċja fil-politika?

Diskussjoni waqt il-programm Newsbook Hour fuq 103 Malta’s Heart is-Sibt fid-9am.

Read in English.

Kull meta fil-Qorti tagħna titkompla l-kumpilazzjoni ta’ Yorgen Fenech jew tal-aħwa Degiorgio jew tkompli l-inkjesta pubblika dwar l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia joħorġu stejjer tal-waħx li jkexkxu lill-Maltin.

Dawn l-istejjer x’effett qed iħallu fuq il-Maltin?

Ir-rabta bejn il-politiċi u n-nies tal-flus kif qed tolqot l-establishment politiku f’pajjiżna?
Quddiem dak li qed jintqal jagħmel sens li n-nies ikollhom fiduċja fil-Pulizija?
Hemm tama għall-Malta u l-Maltin?

Fr Joe Borg ddiskuta dawn il-mistoqsijiet u aktar ma’ Peppi Azzopardi u ma’ Albert Gauci Cunningham, editur tal-gazzetta Illum. Id-diskussjoni saret waqt il-programm Newsbook Hour fuq 103 Malta’s Heart is-Sibt fid-9am. Id-diskussjoni tixxandar ukoll fuq Newsbook.com.mt.

Matul il-programm Peppi Azzopardi u Albert Gauci Cunningham ddiskutew kif inbidlet is-soċjetà u kif huwa fl-interess ta’ kulħadd li tiġi indirizzata l-ħsara li saret lir-reputazzjoni ta’ Malta.

Fil-programm ġew diskussi dawn il-punti:

  • Kif in-nies ma setgħux jemmnu li Daphne Caruana Galizia nqatlet minħabba l-investigazzjonijiet tagħha b’rabta mal-korruzzjoni f’Malta
  • L-assissinju ta’ Caruana Galizia seħħ minħabba l-informazzjoni li kienet għadha trid tiġi żvelata.
  • Kif it-taqsima tal-investigazzjoni kriminali ekonomiċi ma nvestigatx il-Panama Papers
  • Ir-relazzjoni bejn il-Politiċi u n-negozjanti kbar
  • Il-fiduċja tan-nies fil-pulizija
  • Kif il-pajjiż ma jistax jitlef il-midja indipendenti

Matul il-programm Newsbook Hour ġew diskussi l-midja tal-partit politiċi, il-finanzjarjament tal-partiti u l-irwol tagħhom f’pajjiż demokratiku.

Peppi Azzopardi spjega li mhux faċli li wieħed imexxi stazzjon u żied li ħafna nies jaħsbu li n-nies li jaħdmu fil-midja huma sinjuri jew se jsiru sinjuri meta fil-verità dan mhux minnu. Azzopardi kompla li madankollu l-partiti politiċi m’għandhomx jaħsbu li l-unika soluzzjoni huwa li jduru fuq in-negozjanti l-kbar biex jiffinanzjawhom.

Azzopardi kompla li l-Gvern għandu jissusidja programmi li jidhru mhux biex fuq l-istazzjon nazzjonali. Żied li dan ma jfissirx li jkun ssusidjati l-bullettini tal-aħbarijiet jew programmi ta’ ġrajjiet kurrenti li jista’ jkollhom aġenda politika.