Bħalissa waqt is-sensiela Fattigi li qed tixxandar fuq Net TV kull nhar ta’ Ħamis qed tispikka l-istorja ta’ Svetlana (Almikaya Aquilina) li qed issofri abbuż minn ommha. Għalkemm l-istorja hija waħda fittizja, fil-verità hi waħda reali wkoll.
“Ilni ħafna snin naħdem ma’ tfal u żgħażagħ u matul iżż-mien iltqajt ma’ bosta sitwazzjonijiet,” beda biex jgħidilna l-awtur Bryan Muscat, li wkoll enfasizza li minħabba li hu qed jikteb drama televiżiva kultant l-affarijiet ikollu jkabbarhom xi ftit.
Madanakollu dawn is-sitwazzjonijiet huma preżenti f’xi familji f’pajjiżna u n-nies mhux dejjem ikunu konxji ta’ dak li dawn it-tfal ikunu għaddejjien minnu.
Muscat qal li bl-ebda mod ma jrid inaqqas mill-ħafna xogħol li jsir mill-carers u l-homes, anzi qed isir ħafna xogħol biex tiġi mħarsa is-sigurta ta’ dawn it-tfal.

Wara l-episodju li xxandar ilbieraħ il-Ħamis, Bryan Muscat fakkar ukoll biex bħal ma ġie emfasizzat fl-aħħar tal-puntata, dawk in-nies li jinnuttaw xi tip ta’ abbuż fuq xi tfal għandhom iċemplu fuq in-numru 179.
Fattigi għandha produzzjoni ta’ Watermelon Media.