Dillon Cassar ikompli jikseb suċċess fil-ġiri

Kważi 300 persuna ħadu sehem fil-House of Sport 10K Series li saret f’Burmarrad. Dillon Cassar ħa r-riedni f’idejh u baqa’ jżomm il-pass tul it-tellieqa kollha. Cassar li ilhu fix-xena tal-ġiri ftit inqas minn sentejn, qed inaqqas ismu fost l-aqwa. Hu rnexxielu jispiċċa t-tellieqa f’31 minuta u 48 sekonda.

Stefan Azzopardi li kellu jagħmel erba’ xhur barra minħabba injury, għamel ir-ritorn tiegħu u rnexxielu jidħol fit-tieni post. Warajh, fit-tielet post daħal Mario Grech.

Mit-taqsima tan-nisa, Roberta Schembri daħlet fl-ewwel post b’ħin ta’ 38 minutra u 7 sekondi. Warajha daħlet Josann Attard Pulis li tul it-tellieqa żammet il-pass wara Schembri. Warajhom daħlet Joelle Cortis.