Stedina uffiċjali lill-Papa biex iżur il-Moskea Prinċipali f’Ruma

F’Udjenza privata l-Papa Franġisku rċieva stedina minn delegazzjoni Iżlamika biex iżur il-Moskea prinċipali f’Ruma.
Fi tmiem il-ġimgħa l-Papa żar is-sinagoga prinċipali ta’ Ruma wara stedina li kienet waslitlu xhur ilu.
Id-delegazzjoni Musulmana, li tirrappreżenta pajjiżi differenti, ħalliet f’idejn il-Vatikan għall-għażla tad-data taż-żjara għalkemm esprimiet ix-xewqa li din issir matul il-Ġublew tal-Ħniena.
Il-Papa Franġisku, jekk jaċċetta l-istedina, ikun l-ewwel Papa li jidħol fil-Moskea l-Kbira ta’ Ruma, li ilha miftuħa mill-1995.