Stedina lill-koppji li qed jistennew tarbija

Għada, is-Sibt 12 ta’ Diċembru, il-Paroċċa ta’ Wied il-Għajn qed tistieden lill-koppji li qed jistennew tarbija għal quddiesa u barka.

Fit-8pm, se ssir il-Quddiesa u l-Barka fuq l-Omm u t-Tarbija fil-ġuf tagħha. Dan bl-interċessjoni ta’ Sant’Anna li tħares lill-ommijiet u t-tarbi fil-ġuf tagħhom li jmiss, fil-Knisja ta’ Sant’ Anna.

Mistiedna wkoll il-ġenituri li welldu tarbija biex jirringrazzjaw lil Alla.