Stedina għat-trabi fix-Xagħra

Stedina trabi Xagħra omm

Il-Parroċċa tax-Xagħra qed tistieden familji li għadu kemm kellhom tarbija jew li se jkollhom tarbija sabiex flimkien jiċċelebraw quddiesa f’Jum il-Ħajja.

Il-Quddiesa se ssir il-Ħadd 26 ta’ Awwissu, fil-5pm, fil-Bażilika ta’ Marija Bambina. Waqt iċ-ċelebrazzjoni se jsir ringrazzjament lil Alla għad-don ta’ ħajja ġdida.

Il-Quddiesa se tagħti ċ-ċans lil dawk kollha preżenti jippreżentaw lit-trabi tagħhom, kemm dawk li twieldu kif ukoll dawk fil-ġuf. Se jingħataw ukoll tifkira tal-okkażjoni.

Dawk kollha li jixtiequ jattendu qed jintalbu jikkonfermaw il-preżenza tagħhom fuq 79285769.