Għall-Għawdxin li qed jistennew tarbija…

Dar Gużeppa Debono qed tagħmel stedina lil kulħadd, b’mod partikolari lill-ommijiet li qed jistennew tarbija fil-qrib. Nhar il-Ħadd, 7 ta’ Frar se jsir it-tberik tat-Tarbija fil-Ġuf mill-Isqof t'Għawdex Mario Grech.
Iċ-ċelebrazzjoni se ssir fis-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu waqt il-quddiesa tal-5pm.
L-ommijiet li se jilqgħu din l-istedina, jistgħu jċemplu fuq 21552595, jibagħtu messaġġ fuq 79046051 jew jibagħtu imejl fuq: info@darguzeppadebono.org