Stedina għall-għalliema u l-kapijiet tal-iskejjel

Hekk kif is-sena edukattiva ġiet fi tmiema, iċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm appella biex il-kapijiet tal-iskejjel flimkien mal-ħaddiema jorganizzaw attività li fiha jmorru flimkien saċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm u jagħtu d-demm. Permezz ta’ din l-attività l-għalliema flimkien mal-ħaddiema tal-iskola jkunu qed jiċċelebraw it-tmiem tas-sena skolastika filwaqt li jgħinu tfal, għalliema u persuni oħra li għandhom bżonn id-demm.

Iċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm spjega li kuljum ikun hemm bżonn madwar 50 borża demm u b’xi mod dejjem inġabru madankollu appellaw biex kull min jista’ jmur u jagħti d-demm.

Kull min jixtieq jagħti d-demm jista’ jmur

  • fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ G’Manġa li jiftaħ kuljum mit-8:00am sas-6:00pm.
  • fil-Berġa tax-Xewkija f’Għawdex li nhar t-Tlieta 2 ta’ Lulju u l-Ħadd 7 ta’ Lulju se tkun disponibbli għad-donazzjonijiet tad-demm. Il-ħinjiet tat-Tlieta se jkunu mis-1:00pm sal-5:00pm, u l-Ħadd mit-8:00am sas-1:00pm.

Iċ-ċentru tal-Għoti tad-Demm fakkar li huwa importanti li qabel wieħed jagħti d-demm jiekol u jixrob, kif ukoll jieħu l-karta tal-identità, jew il-liċenzja tas-sewqan jew passaport Malti. Appella biex jekk jista’ jkun kull min imur iħajjar lil ħaddieħor jagħti d-demm ukoll.