Stedina għall-frontliners nhar il-Ħamis

Miguela Xuereb

Read in English.

L-Arċisqof Charles Scicluna se jkun qed jiċċelebra quddiesa ta’ radd il-ħajr lil Alla li għaliha huma mistiedna l-frontliners mill-oqsma tas-saħħa li ħadmu waqt il-pandemija.

Fi stqarrija l-Arċidjoċesi ta’ Malta qalet li l-quddiesa se ssir il-Ħamis 30 ta’ Lulju fid-9.30am fil-knisja parrokkjali ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid.

Għal din il-quddiesa, il-Ministeru tas-Saħħa qed jistieden lill-frontliners minn diversi oqsma tas-saħħa li ħadmu waqt il-pandemija.

Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne u s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Prof. Charmaine Gauci se jkunu preżenti.

Il-Quddiesa se tixxandar fuq Newsbook.com.mt, Knisja.mt, u TVM2.