Stedina għal trabi u tfal taħt il-5 snin

Is-Soċjetà Santa Marija tal-Imqabba flimkien mal-kappillan u l-kleru tal-parroċċa qed jistiednu lill-familji kollha li għandhom trabi u tfal sa 5 snin biex jieħdu sehem f’funzjoni ta’ tberik u preżentazzjoni tat-tfal lil Santa Marija.

Dan se jsir nhar il-Ħamis fil-Knisja Parrokkjali tal-Imqabba fis-6:00pm. Wara t-tberik u l-preżentazzjoni, se ssir quddiesa fis-6:30pm.

Se jingħata ċertifikat kommemorattiv tal-preżentazzjoni kif ukoll tifkira lit-tfal u t-trabi kollha. Dawk it-tfal kolla li se jattendu l-quddiesa se jsirilhom festin żgħir.

Biex tikteb lit-tfal jew trabi avviċina lil membri tal-Kumitat tal-istess Soċjetàjew ibgħat imejl fuq info@santamarija.com sa mhux aktar tard minn nhar it-Tlieta.