​Stedina għal serata maġika fis-Subborgi

Il-letteratura Maltija se ddewwaq mill-ġdid ftit mis-sbuħija tagħha fis-Subborgi.
Subborgi hu isem ir-raba’ attività li se ttella’ l-Librerija Pembroke fit-12 ta’ Mejju li ġej.
Bejn is-6pm u s-7pm se jsir qari għat-tfal bejn is-6 u l-10 snin mill-awtriċi Clare Azzopardi, li se taqra mill-pubblikazzjoni riċenti tagħha Mingu.
Fis-7.30pm imbagħad tinbidel l-atmosfera, u fuq barra għall-arja, isir qari mill-awturi Walid Nabhan u Norbert Buġeja. Fost l-oħrajn se jinqraw xi xogħlijiet minn ta’ Lara Calleja, l-awtriċi ta’ Lucy Min?
Il-qari għall-kbar se jkun akkumpanjat minn żewġ mużiċisti – Ian Caruana bil-flawt u William Bellia bil-kitarra.
L-attività hi finanzjata mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, bil-kollaborazzjoni tal-Għaqda tal-Malti u l-Kunsill Lokali ta’ Pembroke.
Aktar dettalji hawn.