Stedina għal min ibati mill-epilessija

L-Assoċjazzjoni tal-Epilessija ta' Caritas Malta flimkien mad-Dipartiment fil-Farmakoloġija Klinika u Terapewtika tal-Università ta’ Malta se ttella’ konferenza nazzjonali dwar l-epilessija.
Il-konferenza se tittrattata elementi prattiċi li jinkludu l-ħajja ta’ min qed jgħix bl-epilessija, il-ħin liberu, l-isport u l-familja.
Uħud mill-kelliema li se jindirizzaw il-konferenza li se tiġi inawgurata mill-President ta’ Malta, huma l-Prof. Giuseppe Capovilla, Phil Lee u d-direttur ta’ Caritas Malta Leonid Mckay.
Dr Stephen Attard, Dr Anna Micallef u Trudy Kerr, li hi magħrufa fix-xena televiżiva Maltija u għall-workshops interattivi, se jkunu fost il-kelliema li se jipparteċipaw.
Wieħed jista’ jirreġistra u jikseb iżjed dettalji hawn.
Il-konferenza se ssir fid-Dolmen Resort Hotel,il-Qawra nhar is-Sibt 13 ta’ Frar.