​Stedina għal dawk li tilfu tarbija

Ġenituri li tilfu tarbija waqt it-tqala, qed jiġu mistiedna biex jiltaqgħu ma’ xulxin f’quddiesa fis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta’ Pinu.
Il-quddiesa qed tiġi organizzata minn Dar Ġużeppa Debono u l-Komunità Anawim, il-Ħadd 15 ta’ Ottubru, fil-11.15am.
Dawk imħajra li jattendu, għandhom iċemplu fuq 99289740.
F’sentejn, bejn l-2014 u l-2015, iddaħħlu l-isptar minħabba korriment, 791 mara. 28 fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex u l-bqija fl-Isptar Mater Dei.
F’Novembru li għadda, 47 tarbija ndifnu fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata. Ma’ Newsbook.com.mt, il-qabla Sandra Castillo, kienet spjegat li 45 mill-każi kienu korrimenti ta’ bejn 9 u 21 ġimgħa, filwaqt li t-tnejn l-oħra twieldu meta kellhom 22 ġimgħa imma inqas minn 24.