Steak Salisbury bil-faqqiegħ

Ingredjenti

450g kapuljat taċ-ċanga

50g frak tal-ħobż tal-pakkett

35g basal imqatta’

1 bajda mħabbta

1 kuċċarina melħ

nofs kuċċarina bżar iswed mitħun

2 kikkri brodu taċ-ċanga (jew mid-dadi taċ-ċanga)

1 basla kbira mqattgħa slajsis irqaq

130g faqqiegħ imqattgħa slajsis

3 mgħaref cornflour

3 mgħaref ilma

Metodu

Ħallat flimkien f’bieqja l-ikkapuljat, il-frak tal-ħobż, il-basla mqattgħa, il-bajda, il-bżar u l-melħ sakemm jitħalltu tajjeb. Ifforma f’erba’ pulpetti tawwalin fi ħxuna ta’ 2 ċm.

Aqli l-pulpetti fuq nar medju sakemm isiru kannella fuq kull naħa, madwar 10 minuti. Żid il-brodu taċ-ċanga, il-basla u l-faqqiegħ u saħħan sakemm jagħli. Naqqas is-sħana baxxa ħafna, għatti b’għatu u sajjar sakemm in-nofs tal-pulpetti ma jibqgħux roża, madwar 10 minuti. Ittrasferixxihom fuq platt kbir.

Għalli t-taħlita ta’ fejn sajjart il-pulpetti. Sadattant ħallat tajjeb  il-cornflour mal-ilma f’kikkra. Żidu mat-taħlita tal-basal u ħawwad sakemm din tibda tagħqad, madwar minuta. Ferragħ fuq il-pulpetti u servi.

Servi ma’ xi tip ta’ għaġin bħal fusilli jew inkella mal-patata maxx u piżelli.