STC tniedi l-ewwel korsijiet f’Malta għall-iżvilupp tal-Android App

STC qed toffri l-ewwel korsijiet ta’ taħriġ f’Malta għall-iżvilupp tal-Android App. Dawn il-korsijiet se jkunu qed isiru matul il-programm tal-iskola matul is-sajf, bejn Lulju u Settembru.
Il-korsijiet kienu preżentati lill-viżitaturi f’open-day tal-STC li saret fit-13 ta’ Ġunju.
Tul il-ġurnata, l-STC tat informazzjoni dwar il-korsijiet li se toffri das-sajf, b’suġġetti li jvarjaw mir-robotika għall-iżvilupp ta’ siti tal-internet, u mis-sigurtà online għal temi essenzjali fil-qasam tal-IT.
L-intraprenditorija ngħatat l-importanza mistħoqqa.
Minbarra informazzjoni mogħtija minn booths apposta, saru wkoll workshops.
Indirizzaw lil dawk kollha preżenti l-letturi John Debono, dwar l-iżvilupp tal-Android App, Clifford de Raffaele, dwar ir-robotika, u Steven Camilleri u Robert Attard dwar l-iżvilupp tal-logħob.
STC toffri korsijiet fuq bażi part-time u anki full-time li jistgħu faċilment iservu ta’ bażi għal korsijiet undergarduate jew postgraduate mal-Università ta’ Middlesex.
Artikli kummerċjali għandhom jintbagħtu fuq karl@newsbook.com.mt.