Stazzjon tal-ferrovija f’Londra joffri xelter lil 200 persuna

Madwar 200 persuna bla dar qattgħu jum il-Milied f’wieħed mill-aktar stazzjonijiet popolari f’Londra.
Għexieren ta’ voluntiera biddlu l-istazzjon ta' Euston f’xelter għal dawk bla dar.
Għal jum il-Milied, għexieren ta’ voluntiera ħadmu biex dawk waħedhom iltaqgħu ma’ oħrajn bħalhom biex jippranzaw fis-sħana.
L-istazzjon ta’ Euston jgħaqqad Londra mal-Iskozja, fejn jum il-Milied huwa l-uniku jum tas-sena li l-ferroviji ma jaħdmux għal Euston.
Din l-inizjattiva ttieħdet minn wieħed mill-inġiniera li jaħdem mal-kumpanija tal-ferroviji.

https://platform.twitter.com/widgets.js