Stazzjon Nazzjonali ġdid għall-Greċja

Mil-lum, fuq it-televiżjoni Griega, beda jxandar stazzjon nazzjonali ġdid, EDT. Dan wasal wara aktar minn xahrejn li l-Gvern Grieg ħabbar li kien se jagħlaq l-Istazzjon Nazzjonali minħabba l-kriżi finanzjarja li laqtet lill-pajjiż.

Meta għalaq l-Istazzjon Nazzjonali Grieg, kienu tilfu xogħlhom aktar minn 2700 ruħ. Il-Gvern kien qal li l-istazzjon kien qiegħed jonfoq wisq flus għal perjodu tant diffiċli għall-Greċja.

Minkejja dan, unions fi ħdan l-istazzjon l-antik qalu li se jkomplu jxandru permezz tal-internet.