Statwa tal-Madonna biex iddur id-djar tal-anzjani

Il-Gvern xtara statwa li se ddur fost l-anzjani fid-djar tal-anzjani madwar Malta.

Wara l-mistoqsija parlamentari dwar il-kuruni ta’ Papa Franġisku li jinxtraw għall-anzjani tad-djar tal-Gvern, id-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina talab lill-Ministru għas-Solidarjetà Soċjali Michael Falzon dwar spiża ta’ statwa li nxtrat mill-Ministeru biex iddur l-istess djar tal-anzjani.

L-istatwa tbierket f’ċerimonja li saret f’Mejju li għadda f’ċerimonja li għaliha kien hemm preżenti s-Segretarju Parlamentari Anthony Agius Decelis.

Il-Ministru qal li l-ispiża biex inxtrat l-istatwa tal-Madonna, inkluż il-bradella, kienet ta’ €750.

Il-Ministru kkonferma li sa issa l-istatwa tal-Madonna ttieħdet fid-Dar tal-Anzjani tal-Imtarfa.