Statwa ġdida ta’ Kristu mejjet għall-parroċċa ta’ San Lawrenz

Il-ġimgħa li għaddiet, matul il-festi tal-Ġimgħa Mqaddsa, il-Parroċċa ta’ San Lawrenz ta’ Għawdex żanżnet statwa ġdida ta’ Kristu mejjet.
L-iskop wara din il-vara mhuwiex li ftit ftit jinbena sett ta’ vari, iżda kien wieħed purament liturġiku.
Matul is-snin li għaddew, waqt il-funzjoni tat-3:00pm, din il-parroċċa kienet toħroġ korteo bis-salib biex tfakkar il-mewt ta’ Ġesù. Din il-purċissjoni, użanza li tmur lura ħafna snin f’din il-funzjoni, issir eżatt wara l-adorazzjoni tas-salib.
L-istatwa l-ġdida, li saret fuq inizjattiva tal-Kappillan Dun Charles Sultana u l-Kunsill Pastoralo Parrokjali, saret bil-għan li tinħareġ f'dan il-kortea minflok is-salib.
Il-korp inħadem mill-artist Aaron Camilleri Cauchi.