Statistika turi li ġew iffrankati miljuni ta’ flus bl-użu tal-browser Opera Mini

Statistika mill-awtoritajiet tat-telekomunikazzjoni turi li l-browser tal-mowbajls Opera Mini għen biex is-Sud Afrikani jiffrankaw mal-€65 miljun f’mobile data hekk kif mill-aħħar statistika rriżulta li huma aktar minn 82% s-Sud Afrikani li qed jagħmlu użu minn dan il-browser.
Mill-istatistika dwar il-mobile data fl-Afrika, in-Niġerjani rnexxilhom jiffrankaw aktar minn €190 miljun bl-użu ta’ dan il-browser.
Opera qalu fl-użu madwar id-dinja l-browser Opera Mini huwa t-tielet l-aktar użat.
Sostnew li dawk li għandhom mowbajls iOS jiffrankaw mas-70% tal-mobile data filwaqt li dawk li għandhom mowbajls b’sistema Android jiffrankaw sa 75%.