Kull sena: 12-il każ ġdid ta’ kanċer fuq it-tfal Maltin

Skont statistika riċenti, kull sena Malta jkollha madwar 12-il każ ġdid ta’ kanċer fis-sena fuq tfal ta’ inqas minn 14-il sena.
Għadd minn dawn il-pazjenti jirċievu trasfużjoni tad-demm bħala parti mill-kura li twassal biex 80% minnhom ifiequ kompletament.
Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm jappella lill-pubbliku biex juri simpatija u solidarjetà billi jagħti donazzjoni ta’ flus u jekk is-saħħa tippermetti, għandu jagħti d-demm fil-jiem li ġejjin:
Fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ Gwardamanġa li jiftaħ kuljum mit-8am sas-6pm.
Fil-Mobile Blood Donation Unit li nhar il-Ħadd li ġej, bejn it-8.30am u s-1pm se tkun disponibbli għall-għoti tad-demm ftit ‘il fuq mill-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġwann.
Fil-Berġa tal-Gvern tax-Xewkija li nhar it-Tlieta li ġej se tkun disponibbli għad-donazzjonijiet tad-demm mis-1pm sal-5pm.
Fakkar ukoll fil-maratona annwali tal-futbol u l-volibol b’risq Puttinu fi tmiem din il-ġimgħa. L-għan ewlieni ta’ din il-maratona hu li jinġabru fondi sabiex tittaffa t-tbatija u l-piż finanzjarju tal-qraba ta’ dawk morda bil-kanċer, b’mod partikolari t-tfal.