Stati Uniti: Kandidati Repubblikani jingħaqdu kontra Trump

L-elezzjonijiet Presidenzjali fl-Istati Uniti qed jaraw lill-kandidati Repubblikani jingħaqdu dejjem iktar kontra r-rivali intern Donald Trump.
Ted Cruz u John Kasich ħolqu alleanza kontra l-kandidat ewlieni tal-partit tagħhom stess u ħabbru li se jgħaqqdu l-istrateġiji tagħhom għall-primarji li jmiss bil-għan li jtellfu lil Trump milli jakkwista l-appoġġ meħtieġ biex ikun hu l-kandidat Repubblikan għall-elezzjoni Presidenzjali.
Il-ftehim jidher li hu bla preċedent fl-istorja tal-elezzjonijiet Amerikani.
Kelliema għaż-żewġ kandidati ddeskrivew nomina ta’ Trump bħala “diżastru għar-Repubblikani” u li titfa’ lill-partit tagħhom “lura s-sekli”.