Stati Uniti: Il-maltempata tas-silġ toqtol 10 persuni

Tela’ għal 10, in-numru ta’ nies mejta kawża tal-maltempata tas-silġ li ħakmet il-Lvant tal-Istati Uniti. 6 mill-vittmi mietu fin-North Carolina waqt inċidenti tat-traffiku minħabba s-silġ li kien hemm fit-toroq. 
F’Washington għadu nieżel is-silġ u issa laħħaq it-22 ċentimetru, b’konsegwenza li qed joħloq problemi serji ta’ viżibilità fl-ajrupporti. 
Il-maltempata se tkun qed tolqot 22 stat, bi 11-il stat iddikkjaraw stat ta’ emerġenza, fosthom Tennessee, Georgia, Kentucky, New Jersey, Virginia u  Maryland.
B’kollox ġew ikkanċellati 7,000 titjira.