Stati Uniti: 2 mejta waqt irvell wara l-qtil mill-Pulizija ta’ Jacob Blake

Żewġ persuni mietu wara li seħħew xi sparaturi waqt protesti kontra l-isparar tal-Pulizija fuq raġel ta’ karnaġġjon skur f’Wisconsin, fl-Istati Uniti.

Il-protesti komplew jeskalaw għat-tielet jum konsekkutiv wara li nhar il-Ħadd il-Pulizija Amerikana f’Wisconsin sparaw seba’ tiri lil Jacob Blake li kien daru lejhom u ma kienx armat.

Il-Pulizija qalet li ż-żewġ fatalitajiet tal-lum seħħew hekk kif il-Pulizija marret fuq il-post wara li kien irrappurtat li kienu sparati xi tiri waqt il-protesti u li kien hemm diversi vittmi. Kif waslu fuq il-post il-Pulizija sabu żewġ persuni li mietu fuq il-post filwaqt li t-tielet vittma ttieħed l-isptar fejn ġie ċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji imma li ma kienx fil-periklu tal-mewt.

Sadanittant il-Pulizija ta’ kontra l-irvellijiet sparaw bullets tal-lastiku u gas tad-dmugħ biex jifirdu l-folla li kienet tinsab barra l-binja tal-Qorti f’Kenosha.