Stat ta’ emerġenza minħabba l-Covid-19 f’Madrid

Covid19 Spain

Il-Gvern Spanjol ordna stat ta’ emerġenza għal 15-il jum biex inaqqas ir-rati ta’ infezzjoni ta’ Covid-19 fil-kapitali, wara li qorti waqqfet id-deċiżjoni li jsir lockdown parzjali li ġie impost ġimgħa ilu.

Mas-7,000 pulizija se jinfurzaw ir-restrizzjonijiet f’Madrid u fl-ibliet fil-qrib.

Il-kapitali kienet fiċ-ċentru ta’ kontroversja politika, bl-awtoritajiet tal-belt taċ-ċentru-lemin jisfidaw l-ordnijiet tal-gvern immexxi mis-Soċjalisti.

L-uffiċjali qalu li l-każijiet naqsu u stat ta’ emerġenza mhux ġustifikat.

Il-Ministru tas-saħħa ta’ Madrid insista li l-miżuri li hemm fis-seħħ kienu qed jaħdmu u li l-ordni tal-gvern ċentrali kienet “miżura li l-ebda ċittadin ta’ Madrid ma fehem”.