Stat ta’ emerġenza fl-Italja wara splużjoni f’impjant tal-gass

L-Italja tiddikjara stat ta’ emerġenza wara li splużjoni f'impjant tal-gass qatlet persuna u darbet 18 oħra. L-impjant jinsab f’Baumgarten viċin Vjenna. 
L-isplużjoni seħħet dalgħodu f’impjant fejn jinħażen u minn fejn jiġi distribwit il-gass, li ħafna minnu ġej mir-Russja liema pajjiż huwa l-fornitur ewlieni tal-gass fl-Ewropa. 
L-isplużjoni kkawżat nirien kbar li skont l-awtoritajiet issa ġew ikkontrollati. Huwa maħsub li kienet problema teknika li kkaġunat l-isplużjoni. 
Permezz ta’ sistema vasta ta’ pajpijiet, il-gass jiġi impurtat mir-Russja u jgħaddi mis-Slovakkja u l-Ġermanja. Fost il-pajjiżi li se jkunu affettwati direttament hemm il-Kroazja, l-Ungerija, is-Slovakkja u s-Slovenja.
It-tiswijiet beħsiebhom idumu u għalhekk il-Gvern Taljan ħabbar stat ta’ emerġenza hekk kif in-Nofsinhar tal-Ewropa bħalissa qegħda taffaċċja kesħa u borra u għaldaqstant hemm domanda kbira għall-enerġija.