Stat ta’ emerġenza fi New South Wales kawża tan-nirien

A dead tree is seen in a field shrouded by bushfire smoke near Glen Innes, Australia, November 11, 2019. AAP Image/Dan Peled/via REUTERS

L-awtoritajiet qed iħeġġu l-evkawazzjoni tan-nies kawża ta’ nirien fi New South Wales, l-Awstralja

L-aworitajiet fi New South Wales iddikjaraw stat ta’ emerġenza minħabba nirien li qed jaħkmu l-Lvant tal-Awstralja.

Sa issa diġà kien hemm tliet persuni li tilfu ħajjithom u 150 dar inqerdu kawża tan-nirien fiż-żoni forestali madwar New South Wales u Queensland.

Filwaqt li n-nirien mhumiex xi ħaġa straordinarja għal dan il-pajjiż, dawn in-nirien ġew aktar kmieni mis-soltu u anke l-qawwa tagħhom qed titqies bħala eċċezzjonali.

Il-belt ta’ Sydney ġiet dikjarata li tinsab fi stat ta’ emerġenza b’possibilità ta’ periklu katastrofiku.