Stat Iżlamiku: Ebda aħbar dwar l-ostaġġi Ġappuniżi

Il-Gvern Ġappuniż ħabbar li se jkompli jistinka għall-ħelsien ta' Kenji Goto Jogo u Haruna Yukawa, iż-żewġ ostaġġi li jinsabu f'idejn it-terroristi tal-Istat Iżlamiku. 
Wara li skada l-ultimatum ta' 72 siega biex il-Ġappun iħallas $200 miljun lill-militanti, ma ġriet ebda aħbar dwar x'sar mill-ostaġġi Ġappuniżi. 
Il-Gvern qal li se jibqa' jaħdem sal-aħħar.
Minkejja li ma ħarġet konferma mingħand it-terroristi, fuq Twitter qed jingħad li l-ostaġġi nqatlu.
Kenji Goto Jogo hu ġurnalist ta'47 sena waqt li Haruna Yukawa mar is-Sirja biex jieħu t-taħriġ mingħand il-ġellieda.