Startups, super yachts, u l-propjetà: X’ġej għall-ekonomija fl-2021?

Il-Gvern ħabbar għadd ta’ miżuri biex ikompli jsostni l-ekonomija Malta tul is-sena 2021 hekk kif l-effetti tal-pandemija se jkunu għadhom jinħassu fl-industriji kollha.

Fost dawn il-miżuri, il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna ħabbar:

  • Investiment fi start-ups li jixtiequ li joperaw fl-Ewropa. Dan il-qafas se jkun ikkumplimentat b’fond mill-Gvern li se jkun investit f’Fondi ta’ Venture Capital immirati li jistabilixxu l-industrija.
  • Skema ġdida tal-Malta Enterprise biex kumpaniji li jħaddmu inqas minn 50 persuna jidħlu għal proġetti ta’ innovazzjoni.
  • Żieda fit threshold tal-VAT exempt minn €20,000 għal €30,000
  • Jissaħħaħ ir-Reġistru Marittimu kif ukoll issir ħidma biex ikun hemm aktar promozzjoni fil-qasam tas-Super Yachts biex aktar jottijiet ta’ dan it-tip jersqu lejn Malta.
  • Air Malta: Fil-ġranet li ġejjin il-Gvern se jdaħħal talba ta’ State Aid mal-Kummissjoni Ewropea.
  • Pjan biex l-industrija tat-Turiżmu taqleb l-operat tagħha għal ‘net zero, carbon neutral’
  • Titnieda Design Contest biex jitfassal Pjan Ħolistiku għar-Riġenerazzjoni ta’ diversi żoni turistiċi.

Propjetà u negozju: X’inbidel bil-Baġit 2021?

L-iskemi eżistenti u miżuri ġodda għan-negozji u dawk immirati biex jinċentivaw is-suq tal-propjetà ġew ikkonfermati fil-Baġit 2021.

Fil-Parlament, il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna ħabbar dawn il-miżuri:

  • Estiża l-iskema ta’ xiri u bejgħ ta’ propjetà – konvenju sal-aħħar ta’ Marzu, kuntratt sal-aħħar ta’ 2021
  • Żieda għall-First Time Buyers, minn €150,000 għal €200,000
  • Traħħis fuq it-taxxa fuq propjetà li tingħata b’donazzjoni
  • Taxxa tal-boll fuq suċċessjonijiet ikun xi jkun l-ammont se tkun ta’ 15%
  • Estiża b’sena oħra t-taxxa fuq ċessjonijiet bir-rata ta’ 15%
  • Witholding tax minn drittijiet ta’ bejgħ ta’ kotba ssir 15%. Qabel kienet normali issa qed issir rata fissa.

L-ekonomija l-ħadra

Fil-baġit ta’ din is-sena, il-Gvern żied kapitlu speċifiku għall-ekonomija l-ħadra bil-Ministru għall-Finanzi qal li l-mira ta’ Malta hija li ssir pajjiż newtrali mill-karbonju sal-2050.

Qal li jekk kien hemm xi ħaġa pożittiva bil-pandemija tal-Covid-19, kien li rajna l-kwalità tal-arja titjieb fejn l-emissjonijiet naqsu b’40%.

Il-miżuri relatati mal-ekonomija l-ħadra għas-sena d-dieħla:

  • Inċentivi għall-finanzjament għall-ekonomija l-ħadra – green bonds
  • Jinbena Material Recovery Facility għall-ipproċessar tal-iskart riċiklabbli
  • Jinbena impjant li jittratta l-iskart organiku għall-enerġija rinnovabbli kif ukoll għall-kompost
  • Impjant ġdid li jieħu post l-antik li jinsab fil-Marsa li jittratta skart kliniku u fdalijiet tal-annimali.
  • Waste-to-Energy Facility, impjant li se jirkupra l-enerġija elettrika mill-iskart li ma jistax jiġi rriċiklat
  • Titpoġġa l-infrastruttura neċessarja inkluż il-magni li fihom il-pubbliku ġenerali se jkun jista’ jirritorna l-kontenituri vojta.
  • Single plastics: is-sena d-dieħla tieqaf l-importazzjoni u wara jieqaf il-bejgħ fl-aħħar tas-sena d-dieha u 2022
  • Car scrapage scheme – l-għotja se tiżdied għal €7,000 biex b’hekk il-fond kollu jkun ta’ €1.5 miljun
  • Għotja lil tat-taxis biex ikunu aċċessibbli għas-siġġu tar-roti
Tista’ ssegwi l-baġit LIVE hawnhekk:
BAĠIT 2021: Id-diskors LIVE mill-Parlament