Starbucks jiftaħ ħanut ieħor f’Malta

Read in English.

29 ta’ Mejju, 2020 – Illum Starbucks jiftaħ ir-raba’ ħanut tiegħu f’Malta f’Buġibba. Imħaddem mill-bd Group, il-post il-ġdid ta’ 223 pied kwadru jinsab f’Dawret il-Gzejjer u ħoloq seba’ mpjiegi ġodda għaż-żona lokali.

Dan il-ftuħ jasal hekk kif Starbucks jiċċelebra sena ta’ operat f’Malta, li rat il-preżenza tagħha tikber mill-ewwel post fil-Belt Valletta u mbagħad żdiedu dawk f’Tas-Sliema, fil-Mellieħa u issa, f’Buġibba.

Bugibba huwa l-ewwel Starbucks Malti li fetaħ wara l-impatt ta’ Covid-19. Kif għamel mill-bidu tal-imxija, Starbucks ta prijorità għas-saħħa u s-sigurtà tal-impjegati) u tal-klijenti. Bħala tali, Starbucks il-ġdid qed jiftaħ bis-social distancing u  bi proċeduri għas-saħħa li jinkludu l-użu obbligatorju ta’ maskri tal-wiċċ, is-sanitizzazzjoni tal-idejn kemm fl-entratura kif ukoll fil-ħruġ mill-ħwienet u tħeġġeġ biex il-ħlasijiet isiru bla kuntatt ma’ flus. Dawn il-miżuri ġew introdotti wkoll fil-ħwienet kollha ta’ Starbucks  l-oħra.

Id-Direttur tal-operazzjonijiet għal Starbucks Malta, Malcolm Saliba qal, “Bl-anniversarju tal-ewwel sena tagħna bi pjaċir inħabbru l-ftuħ tal-post  il-ġdid tagħna f’Buġibba, fejn nistennew bil-ħerqa li naqsmu l-passjoni u l-entużjażmu tagħna għall-kafè ma’ aktar klijenti lokali.

“Aħna nagħrfu wkoll li d-dinja tidher differenti minn kif kienet sena ilu u għaldaqstant aħna adattajna  l-ħwienet u l-proċeduri tas-saħħa biex niżguraw li l-imsieħba u l-klijenti tagħna jkunu protetti u siguri.”

Biex tiċċelebra l-ewwel sena tal-operat tagħha, fl-1 ta’ Ġunju l-ħwienet kollha ta’ Starbucks se joffru filtru tal-kafè b’xejn lil kull klijent li jixtri xarba.

Il-ħanut f’Buġibba se joffri, bħalma jagħmlu l-Starbucks kollha lokali, firxa wiesgħa ta’ xorb tal-kafè, mill-klassiċi favoriti bħall-kafè latte għal   oħrajn innovattivi bħall Frappuccinos tas-Sajf – kull wieħed b’esperjenza u passjonalment maħduma bl-idejn minn baristas li ġew fdati biex iwasslu esperjenza bla paragun lill-klijent.

Kull kafè jsir bil-kafè Arabica tal-ogħla kwalità fid-dinja kollha li huwa vverifikat bħala 99 fil-mija li jinġieb skont il-prattiċi tal-programm Coffee and Farmer Equity (C.A.F.E.)

Starbucks hu kburi jservi għażla ta’ kafejiet klassiċi tagħha – mill Espressoroast sal-Pike Place Roast, li jsiru ta’ kuljum f’kull wieħed mill-ħwienet ta’ Starbucks madwar id-dinja.

Il-ħanut f’Buġibba huwa miftuħ kuljum mit-8 ta’ filgħodu sat-8 ta’ filgħaxija.