Staqsi lit-tarbija qabel tibdlilha l-ħarqa – espert

Espert tas-sesswalità qalet li l-ġenituri għandhom jitolbu l-permess tat-trabi qabel ma jibdlulhom il-ħrieqi. Fi kliemha, dan sabiex tiddaħħal kultura ta’ kunsens mit-twelid.
Deanne Carson, li fuq Twitter sejħet lilha nnifisha bħala “edukatriċi sesswali, kelliema u awtriċi”, qalet li hi taħdem qrib tfal minn tliet snin ‘il fuq dwar kwistjonijiet marbuta mal-kunsens. Enfasizzat li l-ġenituri għandhom jintroduċu ċertu ideat ħafna aktar kmieni.
L-esperta tirrikonoxxi li t-trabi mhumiex kapaċi jagħtu tweġiba, iżda saħqet dwar l-importanza tal-kuntatt bl-għajnejn biex it-trabi jirrealizzaw li r-risposta tagħhom hi essenzjali.
Hi tissuġġerixxi li l-ġenituri jistaqsu: “Se nibdillek il-ħarqa issa, ok?”