Standard & Poor’s jispiċċaw il-Qorti

L-Istati Uniti tal-Amerika se ttella lill-aġenzija tal-kreditu Standard & Poor’s il-Qorti, fuq is-sehem li l-aġenzija kellha qabel ir-riċessjoni tal-2008.

Dan wara li fl-2007, Standard & Poor’s ma tawx kas ta’ dejn li kien qed jinġema minn diversi kumpaniji u banek, qabel ma dawn fallew ħabta u sabta.

Dan il-każ huwa fost l-ewwel tax-xorta tiegħu. Wara din l-aħbar, l-ishma tal-aġenzija waqaw drastikament b’14%.

Interessanti l-fatt li anke l-ishma tal-aġenzija ta’ kreditu Moody’s kellha tnaqqis drastiku fl-ishma, li jfisser li anke Moody’s tista tispiċċa bħal Standard & Poor’s.